Home
>
Malta >
Ħamrun >
Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers Read and Write Programme
Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers Read and Write Programme
Share
Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ April, 2017, l-Onor. Dawn l-istudenti ser ikollhom l-opportunità jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ qari u kitba relatati mal-futbol.
Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport ħabbar uffiċjalment it-tnedija tal-programm ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’/ ‘Footballers Read and Write Programme’ (FRWP), li qiegħed isir bi sħab bejn is-Segretarjat għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fi ħdan tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-Programm
‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ huwa programm ta’ futbol u litteriżmu offrut għall-istudenti li qegħdin fir-raba’ u l-ħames sena tal-iskejjel primarji tal-istat. L-għan tal-programm huwa li juża l-passjoni u l-entużjażmu tat-tfal għall-futbol biex iħeġġeġ fihom l-imħabba għall-qari u l-kitba. B’mod partikolari, il-programm ser jattira subien li ma tantx iħobbu jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl-Ingliż f’dan il-livell. Coaches professjonali u edukaturi tal-litteriżmu ser ikunu preżenti fl-iskejjel tal-istat biex jippromwovu l-qari u l-kitba permezz tal-attività fiżika, u l-logħba tal-futbol. L-adulti li ser ikunu parti minn dan il-programm ser ikunu qed jikkontribwixxu lejn ix-xogħol siewi li diġà qed isir fl-iskejjel biex is-subien u l-bniet kollha jkunu ta’ suċċess kemm fil-qari kif ukoll fil-kitba. Il-Programm ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ tnebbaħ mill-‘Premier League Reading Stars’ (PLRS) tal-Ingilterra li huwa mmexxi minn National Literacy Trust, il-Premier League u l-British Council. F’pajjiżna l-programm se jkun qiegħed isir bl-appoġġ tal-Malta Football Association (MFA) u Sport Malta.