15/06/2026
NIKTBU QARĊILLA
Nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, id-Dipartiment tal-Malti u Spazju Kreattiv organizzaw is-seminar Niktbu Qarċilla, bil-għan li jrawmu aktar nies fil-kitba tal-qarċilla u jħeġġu l-kitba ta’ qrieċel ġodda fl-ispirtu tat-tradizzjoni ta’ dan il-ġeneru tal-letteratura popolari.
Matul is-seminar ġew diskussi diversi aspetti tal-qarċilla. Dr Olvin Vella tkellem dwar l-istorja tal-qarċilla, farsa tat-triq li tmur lura għas-seklu 18, li fiha nutar maskarat jaqra kuntratt taż-żwieġ mimli botti, wegħdiet fiergħa u kliem doppju sens. Din it-tradizzjoni kienet waqfet fi żmien il-gwerra, iżda mill-2014 reġgħet bdiet tittella’ kull sena b’kitba ġdida. Joseph Galea, bis-sehem ta’ għadd ta’ atturi li rreċtaw f’xi edizzjonijiet tal-qarċilla, tkellem dwar il-qarċilla bħala produzzjoni teatrali li ssir sew fit-teatru u sew fit-triq. Trevor Zahra, l-ewwel awtur modern tal-qarċilla, iffoka fuq strateġiji li jgħinu fil-ħolqien tal-umoriżmu, u l-Prof. Michael Spagnol semma xi aspetti rikorrenti tal-qarċilla, b’mod partikolari r-rima. Wara diskussjoni mal-awturi u l-atturi tal-qarċilla, il-parteċipanti kellhom l-opportunità jitħarrġu fil-kitba ta’ versi tal-qarċilla.
15/06/2026
📣The Institute would like to announce that we are running an EEG experiment.
Book an appointment 🗓 with us using the link below: https://calendar.app.google/kbfXAX7QjS3whp3q7.
The 4 main requirements crucial for the experiment, are:
- native speakers of Maltese
- older than 18 years
- normal vision and hearing
- right-handed
12/06/2026
Proġett importanti li fih imdaħħlin l-istudenti u l-gradwati tagħna tal-Għaqda tal-Malti.
10/06/2026
Is-Sibt li għadda ppreżentajna t-tieni ħarġa tar-rivista Qabelxejn li d-Dipartiment tal-Malti jippubblika f'kollaborazzjoni mal-Malta University Press.
Din l-edizzjoni, iddisinjata minn Kuluri, għandha daħla editorjali ta' Michael Spagnol u studji ta' Raffaello Bezzina, "Il-kelma, il-morf(ema) u l-affiss: diskussjoni fuq xi termini morfoloġiċi"; Lara Stagno, "L-atti tad-diskors fil-poeżija ta' Nadia Mifsud: il-motifi tas-silenzju u t-tbegħid"; John Paul Grima, "It-terminoloġija Maltija: ħarsa deskrittiva"; u Immanuel Mifsud, "Nisa' tal-biża': il-poeżija fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin u tradizzjoni antika li żammet."
L-artikli huma peer-reviewed u jinkludu sinteżi u glossarju bilingwi.
Il-bord editorjali: Kirsty Azzopardi, Adrian Grima, Justine Somerville, Michael Spagnol.
09/06/2026
Kors Qasir | Il-Malti Pass Pass: L-Ortografija
- 28 siegħa ta' lezzjonijiet online (4 ECTS)
- eżami fl-aħħar
- ċertifikat uffiċjali li mhuwiex sempliċiment ċertifikat ta' attendenza imma għarfien tal-ħiliet miksuba fl-ortografija tal-Malti.
- Lettur: Keith Attard
Għal dawk li jixtiequ kors online iktar intensiv fil-kitba tal-Malti, mifrux fuq sena, hemm iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi (MQF 5) li se jerġa' jiftaħ f'Ottubru 2027.
Ħin: 15:00-17:00
Dati kollha: 8/7, 15/7, 22/7, 29/7, 5/8, 12/8, 19/8, 26/8, 2/9, 9/9, 16/9, 23/9, 30/9, 7/10
Biex tapplikaw:
The link which will direct interested applicants to the online application facility for MAL1500 (Il-Malti Pass Pass: L-Ortografija) is https://esims.um.edu.mt/esims/sits.urd/run/siw_ipp_lgn.login?process=siw_ipp_app&code2=0011&code1=VISATS
Unless otherwise advised, this link will remain open until 03 July 2026.
08/06/2026
Sitt Studenti tal-Malti Jippreżentaw ir-Riċerka Tagħhom
Sitt Studenti tal-Malti Jippreżentaw ir-Riċerka Tagħhom
05/06/2026
Fl-aħħar ġimgħa ta’ April ilqajna lill-Prof. Livio Gaeta mill-Università ta’ Turin. Il-Prof. Gaeta huwa lingwista Taljan u professur rinomat li jispeċjalizza fil-lingwa u l-lingwistika Ġermaniża.
Matul iż-żjara tiegħu ta żewġ taħditiet. Fl-ewwel waħda, “Nouns of Instance: An Intriguing Mediterranean Isogloss,” iddiskuta fid-dettall l-imġiba tas-suffiss misluf mit-Taljan -ata li nsibu fi kliem bħal passiġata u bluhata. Fit-tieni taħdita, “Morphological productivity and the rise of snowclones,” tkellem fuq il-produttività; id-definizzjonijiet tagħha, il-modi differenti kif titkejjel u l-kriterji li jistgħu jintużaw biex niddistingwuha mill-kreattività. Fid-dawl ta’ dan, iddiskuta wkoll elementi bħal mini- u super- fit-Taljan, żewġ prefissi li nsibuhom anke fil-Malti. Il-Prof. Gaeta kellu wkoll xi laqgħat ma’ wieħed mid-dottorandi tad-Dipartiment li qed jirriċerka l-formazzjoni tal-kelma u s-suffissi derivattivi fil-Malti.
30/05/2026
Proset tassew, Alvin Vassallo u l-kamra tal-Aħbarijiet ta' TVM. Servizz sabiħ mill-istazzjon nazzjonali għal figura verament nazzjonali.
"Jien illum inħossni nannu tal-Malti għax għallimt il-biċċa l-kbira tan-nies li studjaw il-Malti" - TVMnews.mt
Lill-Professur Manwel Mifsud ħafna jafuh fil-qasam tal-Malti. B***a tgħallmu mingħandu minn fuq il-bank tal-iskola u…
29/05/2026
https://www.facebook.com/share/p/1E4Eft4gud/?mibextid=wwXIfr
Ġabra ta' termini, kunċetti u fenomeni ġeografici. Dizzjunarju għall-użu ta’ kulħadd, minn studenti u għalliema sa riċerkaturi, tradutturi u ġurnalisti. Biex takkwistah agħfas: https://www.midseabooks.com/shop/dictionaries-and-language/dizzjunarju-specjalizzat-geografija/